Is-Sibt, Mejju 26, 2012

Is it time for the big shift?

I've recently come across a number of reports suggesting that the Premier League's upcoming media rights auction could be attracting not only the usual suspects (BSkyB, Al Jazeera, ESPN), but also a couple of newbies. Tiny detail: these newbies could be Google or even Apple.

Has the time finally come to see football shifting towards a solid online platform, in addition (or at the expense of?) TV? Apple, although the less likely of the two to bid enthusiastically, would strengthen its Apple TV product in Europe. Google, on the other hand, would have infinite possibilities to confirm Youtube as a medium that transcends the nature of the content.

Interesting times.

Read more here:
http://www.ft.com/intl/cms/s/0/e984902a-954f-11e1-8faf-00144feab49a.html#axzz1vzWYCnxO

It-Tnejn, Mejju 14, 2012

Ilbieraħ


Kont qed naħbat nitlef il-fiduċja. Għall-ewwel darba. Ma kinitx paper li twebbilt li nikteb.

Qbadt nidħol ftit aktar fil-fond fuq il-match-fixing u fil-miljun mod kif dan qed jirrovina l-logħba. U appuntu, bdejt nitlef il-fiduċja - jekk kien hemm bżonn - li dil-logħba se titlef l-aktar aspett importanti tagħha: l-imprevedibbiltà.

Imbagħad ilbieraħ kelli test. Il-logħba tal-Milan, id-dmugħ ta' min se jieqaf, se jitlaq, jew se jibqa'. U kif spiċċa l-league Ingliż, 

Tista' tkun ċiniku kemm trid, imma ma flaħtx nara 'l Gattuso jibki, lil Zambrotta jistħi u jaħbi wiċċu, lil Ambrosini qisu qed jitlef lil ħuh. U minn banda nibda nħossha naqra sproporzjonata l-emozzjoni. Dawn nies li fil-verità ma nafhomx minn Adam, m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-affarijiet li jġiegħluna nibku fil-ħajja ta' vera!

Imma le, dawn nies li għalkemm ma jafuniex, aħna nafuhom. U nafuhom sew. U nitkellmu dwarhom, narawhom, nisimawhom, naqraw x'jgħidu kuljum. X'aktarx aktar spiss milli nara u nisma' 'l tal-familja!

Stramba meta jitlaq jew jirtira player. Niftakar l-aħħar logħba ta' Van Basten, ta' Baresi, ta' Maldini. Tintebaħ li dawn ikunu kibru miegħek, dejjem hemm lesti biex ipaxxuk u joffrulek emozzjonijiet bla qies. Imbagħad f'daqq waħda meta jieqfu tirrealizza li ż-żmien li għadda minn fuqhom, għadda minn fuqek ukoll. Kif isaffar ir-referee ma tibqax mingħalik li tista' xi darba ssir player kbir daqshom, tħares madwarek u tinduna li sirt raġel, u issa Gattuso bjaditlu xagħru. 

Le, min ma jħobbx il-futbol qatt ma jista' jifhem xi jfisser. Inutli nipprova nkun razzjonali u nispjega ruħi. 

U bilħaqq, fuq kif spiċċa l-league Ingliż...xorta għokritni għajnejja...