L-Erbgħa, Marzu 15, 2006

Irrid

Irrid nagħmel bloggata bil-Malti. Għax qaluli nikteb bil-Malti. Għalxejn nippruvaw nilħqu l-massa fil-babilonja diġitali qaluli. Il-Malti jinqara xorta. Jien irrid ninqara? Irrid nikteb wara kollox? Naħseb li naf nikteb? Jien kuntent li naħseb. Forsi frustrat li ma nafx nikteb. U għalfejn għandi nsemma' leħni?

Irrid ngħix, irrid naqra kull ma jinkiteb, irrid nisma' kull ma jindaqq u kull ma jittanbar u jitqies leġġenda. Irrid ngħid tiegħi dwar il-Kunsilli u l-Lvant Nofsani. U dwar ir-raġġiri tas-setgħana. Irrid inlaħħaq ma' l-espansjoni tal-Google u ta' l-Arcelor. U rrid inmaqdar lill-Inter u lil Bush fl-istess nifs. Għax id-dinja ma ddurx oħra jekk nimmissja l-aħħar rebbieħ tal-Pulitzer. U rrid nikteb?

U mbagħad jgħiduli nifhem f'kollox. U ma nkun nifhem xejn. U ma nkun nifhem f'xejn. Imma nifhem fl-immigranti u għaliex għandna nkeċċuhom 'l hemm. U fin-nukleari, għaliex l-Iran m'għandux skop ta' paċi, imma l-bqija iva. Għaliex m'jien ngħid xejn ġdid. U xorta nikteb.

3 comments:

  1. Jien spiċċajt MSSP fil-95. Naħseb inti sentejn iżgħar minni.

    ReplyDelete
  2. Angelo!

    Couldn't believe it when I was browsing randomly and clicked on 'futbolite' and then I see 'Angelo Chetcuti' - the same lad I spent five years at secondary school with.

    Mate, hope you're doing well. I was looking for your e-mail all over the page but couldn't place it. Mine is jp@onvol.net so if you would like to get in touch do not hesitate. I've got some writings of my own mostly on football life which I can share with you.

    As for now that's all, looking forward to hear from you.

    By the way, I hope am not in your bad books since May, 25th!

    YNWA

    Jean Paul

    ReplyDelete
  3. coemgen, ismek niftakru (iddeduċejtu mill-email tiegħek), u għandi idea tiegħek. għadda naqra żmien mhux ħażin issa...

    ReplyDelete