Il-Ġimgħa, Lulju 14, 2006

What's next?



















Corriere.it:

Juventus, Fiorentina e Lazio in serie B e Milan in serie A. I rossoneri restano però senza Champions League e partiranno con 15 punti di penalizzazione. In B la Juventus partirà con 30 punti di penalizzazione, la Fiorentina con 12 e la Lazio con sette.

La Caf ha deciso di revocare lo scudetto del campionato 2004-05 vinto dalla Juventus e di non assegnare quello del campionato 2005-06, vinto sempre dalla Juventus.

It-Tlieta, Lulju 11, 2006

...u issa s-sitwazzjoni fl-Iraq...

Tfakkarkom f'xiħaġa din l-espressjoni li saret qisha parti mil-lingwaġġ li nisimgħu fl-isfond kull filgħaxija int u tiekol jew tizzappja. Saret qisha l-għamara, parti mill-ambjent tal-kamra. Jew il-Grande Fratello, it-Twistees jew Daphne Caruana Galizia. Dan l-aħħar xahar aktar u aktar, kienet qisha l-għabra li tħammeġ naqra naqra mingħajr ma tinduna. L-aħbarijiet 'iddominati' mill-futbol. Għalija m'hemmx isbaħ. Imma anke lili ttini f'għajni li wara xi għoxrin minuta ta' skandli għax ir-referi keċċa lil xiħadd inġustament jew għax il-gowl kien offsajd....imbagħad naslu għas-sitwazzjoni fl-Iraq jew fil-Palestina. Niftakar tajjeb meta kont żgħir l-appuntament sagru tal-ġenituri ma' l-aħbarijiet tat-tmienja. Kont nisforza biex nipprova nifhem għala qishom kienu jkunu l-kulminu tal-ġurnata, meta jum wara l-ieħor konna nisimgħu fuq il-Palestina, il-famuża Strixxa ta' Gaża (qatt ma kont nifhem għala jgħidulha hekk) eċċ eċċ...tafu xi rrid ngħid - dawk l-aħbarijiet li dejjem hemm u qisna rassenjati li nibqgħu nisimgħu dwarhom infilsati f'kull bulettin.

Imma terġa' u tgħid, għalhekk sabiħ il-futbol. Għax għallinqas din il-l-logħba sempliċi ġġiegħel lil kulħadd jitkellem dwarha. U mhux retorika din. Hija analiżi sempliċi ta' x'iwassal il-ferħ jew il-pjaċir, id-delużjoni jew id-diżgust, insomma l-emozzjonijiet varji lil persuni differenti madwar id-dinja. U dan kollu għax plejer ikun għeja u ma laħaqx iwaqqaf avversarju, għax Trezeguet ħariġlu penalti 5ċm ogħla milli riedu, għax referi jiġġudika deċiżjoni sekonda tard, jew għax Maxi Rodrigez joħroġlu xutt li kien joħlom bih meta kien għadu daqs tikka. Veru li hawn min ma jinteressah xejn, u li m'għandniex nippretendu li l-logħba tinteressa lil kulħadd...iżda ma nistgħux niċħdu li f'dan l-aħħar xahar il-parti dwar l-Iraq tressqet addirittura aktar lura fl-aħbarijiet. Għax qabel dik kellna ridna nisimgħu li l-Brażil inqalgħu mill-Franċiżi, li Cannavaro qed jilgħab tajjeb, li r-raptus ta' Zidane ħalla lil kulħadd jitkaża...u li l-pizzajoli, Mafjużi u parassiti rebħu t-tazza...

Il-Ħamis, Lulju 06, 2006

Edson



Is-suq jiddetta li l-awtobijografija ta' l-akbar leġġenda fl-istorja tal-logħba toħroġ lejlet it-tazza tad-dinja. U jiena ta' marid li jiena kont ili li ordnajtha minn qabel minn fuq l-internet. Onestament minn banda ddeludietni. Miktuba qisha komponiment tat-tfal, u mhux li tgħid li fiha xi rivelazzjonijiet ġodda li jixxukkjaw id-dinja tal-ballun. Pele' qatt ma kien magħruf għal xi intellett ta' l-għaġeb, u għalhekk forsi l-aspettazzjonijiet tiegħi kienu għoljin wisq.

Iżda mill-banda l-oħra sirt naf aktar dwar x'irnexxielu jagħmel dan il-ġenju fil-25 sena li dam jilgħab il-futbol. U għalhekk fittixt vidjows bħal dan...nistedinkom tarawh sa l-aħħar biex tapprezzaw ir-repertorju kollu. Kollox hemm: xellug, lemin, bir-ras, dribbles, finti, kreattivita', saħħa...kollox. Ix-xettiċiżmu tiegħi ġiegħlni saħansitra nżomm għajnejja fuq id-difensuri. Ta' spiss tisma' li l-futbol ta' dak iż-żmien kien aktar 'faċli' jew soft. Pero' f'dan il-klipp ma stajt nagħti tort lill-ebda difensur vittma. U allura, ħa nagħmel pass lura. Għax minn banda veru li l-futbol kien differenti...għal ħafna miż-żmien li kien jilgħab fih lanqass kien hemm il-possibbilta' ta' sostituti jew karti ħomor u sofor(kienet tiġri ħafna li logħba tiddeġenera u tispiċċa b'xi żewġ plejers jitkaxkru u jibqgħu fil-grawnd). U veru li t-tattika tal-logħob dejjem tiżviluppa. U forsi l-kompetizzjonijiet kienu inqas strutturati (ħafna mill-mijiet ta' gowls Pele' skurjahom f'logħob ta' ħbiberija, tournaments, u leagues differenti)...għax lanqass kampjonat veru u proprju Brażiljan ma kien hemm. U veru wkoll li kellu x-xorti jilgħab ma ġenerazzjonijiet ta' plejers ta' barra minn hawn (ma nsemmu xejn, Didi, Vava, Rivelinho, Garrincha, Zagallo eċċ eċċ).

Imma veru wkoll li l-ħiliet ta' dan ir-raġel kienu akbar minn kull wieħed ieħor li lagħab il-ballun matul is-snin. Forsi taqta' xi e%u