Is-suq jiddetta li l-awtobijografija ta' l-akbar leġġenda fl-istorja tal-logħba toħroġ lejlet it-tazza tad-dinja. U jiena ta' marid li jiena kont ili li ordnajtha minn qabel minn fuq l-internet. Onestament minn banda ddeludietni. Miktuba qisha komponiment tat-tfal, u mhux li tgħid li fiha xi rivelazzjonijiet ġodda li jixxukkjaw id-dinja tal-ballun. Pele' qatt ma kien magħruf għal xi intellett ta' l-għaġeb, u għalhekk forsi l-aspettazzjonijiet tiegħi kienu għoljin wisq.
Iżda mill-banda l-oħra sirt naf aktar dwar x'irnexxielu jagħmel dan il-ġenju fil-25 sena li dam jilgħab il-futbol. U għalhekk fittixt vidjows bħal dan...nistedinkom tarawh sa l-aħħar biex tapprezzaw ir-repertorju kollu. Kollox hemm: xellug, lemin, bir-ras, dribbles, finti, kreattivita', saħħa...kollox. Ix-xettiċiżmu tiegħi ġiegħlni saħansitra nżomm għajnejja fuq id-difensuri. Ta' spiss tisma' li l-futbol ta' dak iż-żmien kien aktar 'faċli' jew soft. Pero' f'dan il-klipp ma stajt nagħti tort lill-ebda difensur vittma. U allura, ħa nagħmel pass lura. Għax minn banda veru li l-futbol kien differenti...għal ħafna miż-żmien li kien jilgħab fih lanqass kien hemm il-possibbilta' ta' sostituti jew karti ħomor u sofor(kienet tiġri ħafna li logħba tiddeġenera u tispiċċa b'xi żewġ plejers jitkaxkru u jibqgħu fil-grawnd). U veru li t-tattika tal-logħob dejjem tiżviluppa. U forsi l-kompetizzjonijiet kienu inqas strutturati (ħafna mill-mijiet ta' gowls Pele' skurjahom f'logħob ta' ħbiberija, tournaments, u leagues differenti)...għax lanqass kampjonat veru u proprju Brażiljan ma kien hemm. U veru wkoll li kellu x-xorti jilgħab ma ġenerazzjonijiet ta' plejers ta' barra minn hawn (ma nsemmu xejn, Didi, Vava, Rivelinho, Garrincha, Zagallo eċċ eċċ).
Imma veru wkoll li l-ħiliet ta' dan ir-raġel kienu akbar minn kull wieħed ieħor li lagħab il-ballun matul is-snin. Forsi taqta' xi e%u
No comments:
Post a Comment