Id-diskussjoni fuq il-bidliet f'ċertu aspetti tat-tmexxija tal-futbol Malti qanqlet reazzjoni qawwija, għallinqas jekk niġġudika mill-kummenti fuq Facebook.
Dan id-dibattitu qed insibu vera interessanti. Fl-aħħar qed niddiskutu 'l fejn irridu mmorru. Ma naqblux, ma jimpurtax, imma essenzjali li jinqsmu l-ideat.
Dan hu tentattiv biex id-diskussjoni tkun ftit aktar infurmata. Se nipprova nkun oġġettiv kemm jista' jkun u nżomm mal-fatti. Mhux faċli tillimita ruħek li ma toffrix il-veduti tiegħek, imma se nipprova (u mhux se jirnexxieli).
1. Ir-riforma mhix biss fuq in-numru ta' barranin fil-Premier (jew fid-diviżjonijiet l-oħra).
Il-proposta li jkun hemm 8 barranin fil-Premier ġejja mill-kumitat li jirrappreżenta l-klabbs tal-Premier. Din trid tiġi approvata mill-Kunsill tal-MFA (jiġifieri l-klabbs kollha u member associations bhal dawk li jirrapprezentaw lill-coaches, amateur leagues, referees, youth football, football f'Ghawdex, ecc.).
2. Ħafna mill-kritika li nara kontra l-MFA nsibha kemxejn sgwidata. Ħa nispjega.
L-MFA għandha President u Viċi Presidenti eletti (iva, mill-klabbs u l-member associations). Għandha wkoll segretarjat immexxi mis-Segretarju Ġenerali. Dawn flimkien jagħtu direzzjoni, bħal fil-każ tar-riforma kollha li qed niddiskutu.
Id-deċiżjoni aħħarija hija tal-Kunsill jew tal-Laqgħa Ġenerali. Jingħad spiss li peress li l-Kunsill u l-Laqgħa Ġenerali huma magħmulin minn rappreżentanti tal-klabbs, mela allura huma dawn li jiddeċiedu kollox.
Minnu. Hemm raġuni għal dan. Idealment, il-forum li jiddeċiedi jkun jinkludi fih l-istakeholders kollha tal-logħba, imma mhux bilfors kulħadd rappreżentat indaqs. Jekk dan hux tajjeb jew ħażin nistgħu niddiskutuh fit-tul ukoll, imma l-ħsieb tiegħi hawn hu biss li nagħti stampa tal-affarijiet kif inhuma.
3. Inutli nħambqu li fl-aħħar mill-aħħar tort tal-klabbs ("għax huma jiddeċiedu"). Mhux billi naspiraw li l-players isiru professjonali, jekk il-klabbs stess li jimpjegawhom m'humiex. Għall-kuntrarju l-klabbs huma x'aktarx l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina - mhux daqstant għax m'hemmx nies validi jmexxuhom, imma proprju għax huma mmexxija fuq bażi volontarja.
Dan irridu nżommuh f'moħħna meta per eżempju nitkellmu fuq amministraturi full-time (jew part-time) fil-klabbs. Min se jħallashom? L-unika triq li nara hija li jkun hemm pooling tar-riżorsi - u l-unika pool huwa l-MFA. Imma forsi hemm ukoll soluzzjonijiet oħra int he long term.
Veru li mhux sew li xi players jispiċċaw imxekkla milli jiċċaqalqu minħabba l-flejjes li kultant jintalbu għalihom. Veru li jekk klabb irid iżomm il-plejers tajbin tiegħu għandu joffrilhom kuntratt u mhux iżommhom miegħu minħabba xi dritt divin li jkollu. Imma xi ħadd irid jistaqsi: minn fejn ġejjin il-flus? Liema klabb Malti jiġġenera l-flus b'mod li jiffinanzja l-operat tiegħu b'mod sostenibbli? Sponsor jiġi u jmur. President ġeneruż jiddejjaq u jitlaq. L-ebda klabb f'Malta ma jiġġenera biżżejjed, sempliċiment għax kważi impossibbli - ħadd ma jista' jibdel l-economies of scale tagħna.
Jekk m'hemmx minn fejn, inutli nittamaw li l-player jilgħab fuq bażi professjonali. X'aktarx qed nippruvaw nirregolaw livell li lanqas biss ilħaqnih. Bir-regolamenti biss ma nsirux professjonali (inneħħux il-parametri, is-salary capping, eċċ, eċċ.).
Tant biex nagħrfu nkunu ftit aktar realistiċi.
This comment has been removed by a blog administrator.
ReplyDeleteLike
ReplyDeleteIl-fatt li l-clubs ma jiggenerawx flus ma ghanniex niggustifikaw il-fatt li player li jixtieq jilghab il-football jispicca ma jistax jilghab ghax il-clubs iddecidew hekk. Hawn players amateurs li ma jithalsux u dawn kellhom jieqfu mil-football ghax il-club taghhom qallhom jew tilghab mal-club taghna jew inkella tista tieqaf. Option ohra tkun li jithalsu l-parametri li ebda club ma jiflah ihallashom. Allura din ma hijiex option.
ReplyDeleteIl-fatt li jigu emendati r-regolamenti prezenti b daqsekk mhux se jkolna l-footballers kollha li jilghabu football professjonali pero zgur li kif inhuma l-kundizzjonijiet bhalissa fl-opinjoni tieghi ikun mignun min jilghab il-football full-time hawn Malta. Player illum jekk mal-club qabel fuq ammont dak l-ammont ma jistax inizlu kollu fuq il-kuntratt habba l-fatt li ghanna salary capping. Jekk ikollu problema allura mal-club fuq il-paga ma jistax imur quddiem il-board kompetenti (li tajjeb li nghidu li dan muwiex indipendenti) u jitlob dak li suppost inghatha mil-club. Hawn players ilhom ma jithalsu 6-8 xhur. Sahansitra hawn players li ghandhom jiehdu ta snin ilu. Kelna l-kaz ta player ta Qorrmi fejn dan ceda lil club ta Qormi li jhalsuh wara sentejn u mbaghad il-club tela quddiem il-board u qallhom dan il-kas preskritt ghax ghadda wisq zmien u talli allura l-player ma talabx il-flus mil-ewwel hadmet kontrih u spicca ma ha xejn. Min naha l-ohra jekk player jikteb mil-ewwel il-club jehodha kontrih. Kif jista player li ghandu familja u loans ikollu rasu mistrieha jekk jilghab il-football biss. Meta jispiccalu l-kuntratt ma jistax imur jilghab ma min irid ghax tigi mitluba transfer fee li l-ebda club ma jiflah ihallas u allura l-club ikun f pozizzjoni li lil player jghidlu jew toqghod maghna bil-paga li ntuk jew club iehor ihallas il-parametri li mijiex option jew toqghod id-dar. U ghanna sitwazzjoni fejn huma hafna l-players li ghazlu joqghodu d-dar specjalment fejn jidhlu amateurs. Sahansitra l-clubs jghidulhom filkas morru ilghabu ma assocazzjoni ohra tal-football.
Il-punt kollu huwa li jekk dawn jittrangaw (prattikament isiru bhal kullimkien fid-dinja - il-players ma huma jitolbu xejn aktar) u player ikollu iktar sigurta u liberta ha jithajjar iktar jilghab il-football bhala full-time. Forsi l-iktar l-iktar jilghab il-football full-time u jahdem xoghol iehor part-time kif isir min hafna players f Iceland. Training is full-time and players supplement their earnings with part-time jobs. Iceland - Training is full-time and players supplements their earnings with part-time jobs.
Read more: http://www.dailymail.co.uk/sport/football/article-2320877/David-James-Iceland-goalkeeper-talks-new-club-IBV--EXCLUSIVE.html#ixzz3JVNjenRG
Follow us: @MailOnline on Twitter | DailyMail on Facebook