L-Erbgħa, Ottubru 31, 2007

Rivista ġdida

Din l-entrata ta' Jean Paul tgħidx kemm ġabitli memorji. Kien iż-żmien meta ta' kull xahar kont nixtri l-Forza Milan! (u infallibbilment ommi ttertaqli qalbi biex ittini l-flus għalih - "flus fil-ħela, aħjar taqra xiħaġa sura") u ta' kull ġimgħa r-rivista Sprint (ħafna irħas, allura mingħajr wisq xenati, jew forsi kien ikolli xiħaġa fil-but).

Minn dak iż-żmien 'l hawn ma reġax kellna inizjattiva editorjali stabbli fil-kamp sportiv. Mingħajr dubju, f'Malta tgħallem il-liġi tas-suq, u aktar ma jiżdiedu l-mezzi aktar isir diffiċli li tippenetra d-drawwiet tan-nies. Imma għal xi raġuni nemmen li jekk hawn settur li fih tista' tkampa xiħaġa hekk, dan huwa l-isport, speċjalment lokali. Ma ninsewx li llum jekk dħalt id-dar tard u trid tara r-riżultat tat-tim favorit tiegħek (għalkemm skond ir-regoli morali ta' kull sapporter, jekk lagħab it-tim tiegħek kellek tkun ġewwa tara l-logħba u mhux tiġġerra barra), kull m'għandek tagħmel hu li tixgħel il-kompjuter u tara mhux biss ir-riżultat, imma anke l-kummenti tal-protagonisti u xi opinjonijiet oħra. Jiġifieri, ftit jifdal spazju għal kontributi oħra.

Imma l-istampa hija kompletament differenti fil-kuntest lokali. Tant nies huma involuti b'xi mod fl-isport, fuq kull livell, imma ftit kompetizzjonijiet jingħataw spazju lilhinn minn żewġ linji bir-riżultati fil-gazzetta. M'hemmx artikolisti li jikkummentaw x'inhu jiġri u x'inhu mistenni, u forsi jħolqu xi kontroversja b'kitba tajba ħielsa mill-clichés tas-soltu.

Nittama li fuq dan jiffoka Sportiv. Good luck!

1 comment:

  1. Grazzi tal-link u prosit tal-bloggata tiegħek. Jekk tista' ibghatli email fuq jeanpaul.borg@gmail.com, forsi nkun nista' nibgħatlek kopja ta' Anfield Island il-publikazzjoni tal-klabb tagħna li tagħha jien editur.

    ReplyDelete