Ikolli nistqarr, Platini daqxejn enigma għalija. Ma narahx partikolarment simpatiku. Bħala plejer bl-eżatt ma lħaqtux jilgħab. L-ewwel kompetizzjoni kbira li niftakar (bil-biex) hija t-Tazza tad-Dinja tal-1986 fil-Messiku. Meta kien qed ipaxxi - kif jgħidu - lid-dilettanti kollha bil-flokk tal-Juve u ta' Franza jien kont għadni se nibda nqalleb ir-rivisti, inġemma l-kupuni u nara l-futbol fuq ir-RAI. U nħossni naqra deluż li għal ftit ma jistax ikolli opinjoni xi nfendi fuq le roi Michel u minflok ikolli noqgħod fuq li nisma' u naqra.
©uefa.com 1998-2011 |
Din il-ġimgħa l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kien qed jiltaqa' f'Limassol, Ċipru, wara jumejn ta' diskussjonijiet mal-Assoċjazzjonijiet nazzjonali - ħaġa, din tal-aħħar, innovattiva. Fost oħrajn dawn iddiskutew il-kalendarju tal-partiti internazzjonali. Għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kompetenza tal-FIFA, il-UEFA qed tieħu l-inizjattiva f'dan ir-rigward u jidher li l-preferenza hi dik li jkun hemm aktar fixtures 'doppji', kif drajna naraw isiru fil-logħob ta' kwalifikazzjoni dan l-aħħar. Hemm ukoll kwistjoni fuq il-ġurnata ta' partiti ta' ħbiberija f'nofs Awwissu li kulħadd - klabbs, plejers, u jkolli ngħid anki supporters - jaraha żejda!
Imma lura għal Platini, meta l-Gazzetta dello Sport għamlitlu sensiela ta' mistoqsijiet diretti, ma ddejjaqx jgħidilhom li l-Juve setgħu ma ħlewx il-bolla biex jiktbu lill-UEFA fuq il-lig li ngħata lill-Inter - għax mhux kompetenza tagħha; lanqas li l-probbabiltà hija li r-regoli fuq il-Financial Fair Play minn hawn u minn hemm se jispiċċaw quddiem il-qrati; jew li hemm min qed ikun irritat għax il-UEFA qed tindirizza l-problema tal-flejjes u d-djun kbar fil-klabbs. Ma ddejjaqx jgħidilhom Platini. U xi ftit ħatab fuq il-problemi tal-FIFA, l-elezzjoni ta' Blatter, u l-futur tiegħu ma ddejjaqx jitfgħu lanqas.
Nittama li jibqa' jdoqqli kliem Platini.
No comments:
Post a Comment