L-Erbgħa, Settembru 28, 2011

Minn wara l-kwinti



Peter Harrison kien jilgħab mal-Forest taħt Brian Clough. Jien żgur ma niftakrux u ma kellix idea min hu. 

U forsi kont nippreferi nsir naf min hu bħala plejer, minflok bħala aġent li qed jikxef sigrieti (forsi magħrufa) fuq il-mod kif isiru l-affarijiet fil-futbol. Jikkonferma teorija tiegħi li l-mard fil-futbol hu simili irrispettivament mil-livell - sew jekk tilgħab Old Trafford u sew jekk tilgħab is-Centenary. Id-differenza qiegħda fl-ammonti.


Peter Harrison kien l-aġent ta' Andy Carroll - il-plejer Ingliż li qatt l-aktar li sewa flus fil-Premier League Ingliż (kemm jiswiehom ħaġ'oħra). Jgħid li ġieli qala' £900,000 f'ġurnata waħda fejn ikun irranġa t-trasferiment ta' plejer, ħafna drabi billi jsib aġent ħabib tiegħu stess biex jidher fuq in-naħa l-oħra għall-klabb involut.


L-istorja tiegħu hija waħda ta' xi ħadd li jaf tajjeb kemm flus jgħaddu mill-idejn, u mhux bilfors jidhru, meta jsir dan iċ-ċaqliq. Skont hu, meta ġie ċ-ċans li Carroll jagħmel il-qabża min-Newcastle għal mal-Liverpool, lilu qatugħ barra, u allura ovvjament baqa' b'xiber imnieħer.


Jallega li hemm klabb 'favorit' u protett mill-FA Ingliża. It-trasferimenti mill-klabbs il-kbar isiru dejjem mill-istess aġenti. Dikjarazzjonijiet li taf li x'aktarx jirriflettu  xi forma ta' realtà imma li tibqa; tittama li mhux minnhom.

L-artiklu kollu jinsab hawn.

No comments:

Post a Comment