Interessanti l-proposta tal-Belt. Sa ċertu punt se nidħlu f'għalqa ġdida, dik tax-xandir.
L-ewwel li ġewni f'moħħi kienu dawk il-programmi tar-radju, li ssib minnhom speċjalment l-Italja, li jagħmlu ġranet sħaħ jiddibattu u jitmasħnu fuq il-futbol u jieħdu t-telefonati tas-supporters. Ta' Ruma, per eżempju, ma jieqfu qatt.
Tista' wkoll tara kbir u taħseb fil-varji MUTV, Real Madrid TV jew Milan Channel. Imma ejja ma ngħaġġlux.
Li qed naħseb fih jien hu fuq kollox il-fatt li l-klabb se jkun il-produttur tal-programm, b'linja editorjali (jew xi ħaġa simili) u x'naf jien. Tgħiduli, anki s-Sliema kellhom xi ħaġa hekk fil-passat, imma - ngħiduha kif inhi - il-Belt ħaġ'oħra.
Qed naħseb per eżempju kif tista' żżomm standard biex l-eżerċizzju minn pass innovattiv biex ikattar l-introjtu fuq livell kummerċjali ma jsirx xi ħaġa li taħdem kontra l-klabb innifsu. L-immaġni tal-klabb hija imprezzabbli. U programm fuq it-TV idaħħlek fid-dominju pubbliku. Li jfisser li ma jistax kulħadd jibda jgħid li jrid f'dak il-kuntest daqs li kieku qiegħed jgħid l-istess diskors fil-bar tal-każin. Distinzjoni li ħafna ma jirrealizzawx li tapplika wkoll fuq l-internet!
Inħoss li dak hu l-element li batew minnu l-Belt fl-aħħar snin, minkejja s-suċċessi fil-ground. Minnu li tim li jirbaħ ta' spiss isir awtomatikament 'mibgħud' sportivament mill-avversarji. Imma l-Belt m'għenux ruħhom lanqas. Jiġu f'moħħi l-inċidenti wara l-final tat-Trophy.
Għandi kurżità biex nara l-esperiment hux se jirnexxi. Jekk hawn klabb li għandu following li jippermettilu jimbarka fuq xi ħaġa hekk, żgur li huma l-Belt. Għandi ftit riservi għall-fatt li l-platform magħżula hija dik ta' Smash TV. Imma m'għandix idea tal-ispejjeż involuti, jiġifieri ftit nista' nikkummenta dwar dan.
Insomma, pass ieħor ġdid. Nistennew u naraw.
Aktar dettalji hawn.

No comments:
Post a Comment