Il-kampjonat Malti sar qisu dak Norveġiż, bażikament bilkemm jieqaf fis-sajf. Fix-xemx taqli l-ankri ta' Lulju jkunu qegħdin fil-preseason(!) u diġa' għandna tim barra mill-Intertoto (iva, ta' l-istaġun 07/08).
Imma...kellna naqra trasferimenti interessanti u kollox jindika li l-Belt ikkargati li jikkompetu għall-unuri. Ir-raġuni hija ovvja...hemm il-boqxiex. Għalina li noqogħdu ċiċċi beqqi tajjeb, għax l-affarijiet isiru daqsxejn aktar interessanti. Il-Ġermaniż il-ġdid għad irridu nara x'isarraf, imma plejers bħal Monesterolo, Giglio, Scicluna u Hogg huma garanzija mhux ħażin. Iżda xorta waħda għad hemm min jikkompeti...Sliema, Hibs u Marsaxlokk jibqgħu pretendenti kredibblli.
U għar-relegazzjoni? Possibbli l-Furjana ħa jerġgħu joqogħdu jitmieku fir-Relegation Pool? Ftit hemm x'jindika l-kuntrarju...u onestament ngħid ħasra. Fid-diviżjonijiet inferjuri għadni ma segwejtx biżżejjed biex inkun aġġornat. Normalment ukoll ikun hemm min jindika l-miri tiegħu billi jingaġġa numru ta' plejers.
Iġri jibda l-futbol milgħub!
Merhba lura. Ma ninsewx ukoll li wara d-debutt tal-Mdina Knights is-senl-ohra issa se jkollna tim iehor gdid fl-MFA... l-iMtarfa.
ReplyDeleteGakbu S jirraporta mid-divizjonijiet inferjuri.
Fil-fatt, is-sistema ta' promozzjoni mit-Tielet għat-Tieni diviżjoni saret qisha algorithm ikkumplikata....
ReplyDeletethe Third Division has been split into two sections of 10 and nine teams each.
The top teams in each section will automatically be promoted. They will contest a decider at the end of the season to determine the Division Three champions.
The two teams in the runners-up spots will face each other for a place in Division Two.
Moreover, the two teams finishing third will also play each other with the winner setting up a clash with the third-from-bottom side in Division Two with a place in the third-tier of Maltese football at stake.
(mit-Times tal-lum 10 ta' Lulju)
http://www.maltafootball.com/archive/news/2007/07jun.shtml
Naqbel li l-Belt għandhom jititlqu l-favoriti din is-sena. Is-sena l-oħra sa qabel ma tneħħa Monesterolo kienu għadhom biċ-ċans. Issa li Monesterolo reġa' ġie flimkien ma' 5 akkwisti tajbin oħra wieħed jistenna li l-Belt ikunu l-isfidanti ewlenin. Mit-timijiet ta' quddiem l-oħrajn, Marsaxlokk tilfu uħud mill-aħjar plejers tagħhom (Bogdanovic, Schembri, Dimech, Haber) u ma tantx ħadmu biex jirriplejsawhom. Birkirkara li s-sena l-oħra ddiżappuntaw komplew jitilfu plejers importanti filwaqt li s-Sliema u l-Hibs ftit li xejn kienu attivi. Għalhekk nistenna (u nittama) li f'Mejju jkun ċelebrazzjonijiet kbar f'Strada Rjali kif jafu jagħmlu l-Beltin biss.
ReplyDelete