Sadanittant fl-Italja għadhom jidħku bihom infushom u jfakkru lil dak il-povru li miet f'inċident sfortunat fi triqtu lejn logħba futbol daqs li kieku kien xi plejer leġġendarju. Għadhom iridu jipperswadu lilhom infushom li l-futbol irid jgħid il-"ħtija tiegħi" tliet darbiet - sempliċiment għax dan inzerta jsegwi t-tim tiegħu. U l-gazzetta teżalta delinkwenti li jinqeda b'din l-orġa ta' miżinformazzjoni biex ipinġi tila differenti u forsi naraw farka minn kif jaraw il-ħajja hu u sħabu.
X'inhi r-ribelljoni lejn l-ordni pubbliku? Għala quddiem il-kompjuter nindiehsu ma' ruxxmata nies li qas qatt ma ltqajna magħhom u aktar ma jkollok friends fuq il-facebook aktar tħossok 'in', imbagħad mill-għatba 'l barra qisu kulħadd irid joħodha kontra kulħadd?
Din il-bloggata ġiegħlitni naħseb. Għaliex il-vjolenza? Forsi għax intrinsikament il-bniedem annimal, u jekk hu annimal, bhal kelb tal-għassa jrid jieħu ħsieb it-territorju tiegħu, u jrid juri s-superjorita u bħal fl-iskola jkun il-bully. U għax forsi ċerti nies il-vjolenza ttihom bużż u minkejja il-facebook u kollox il-bniedem insikur u jsib fil-vjolenza imħadda biex jserraħ rasu u wara raqda jqum agħar minn qabel.
ReplyDelete